F’dan l-episodju, qed ningħaqdu my Maryanne, li se taqsam magħna l-attivitajiet differenti li esplorat waqt il-COVID-19 biex tnaqqas l-esperjenza tal-iżolament. L-attivitajiet mhux biss għenuha issaħħah ir-rabtiet mal-komunità, imma għenuha ttejjeb il-ħiliet motorji fini. Maryanne kburija bil-kisbiet tagħha, u taqsam kif b’dawn issib s-sens ta’ skop għal-ħajja u li tħoss li hi parti mill-komunita’.
About the storyteller
About the storyteller
Fl-1975, Maryanne twieldet tlett xhur qabel iż-żmien bil-kundizzjoni cerebral palsy, u tuża siġġu tar-roti biex tmur minn post għal ieħor. Maryanne għandha passjoni biex taqbeż għad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità u appoġġjat proġetti tal-kunsill billi użat l-esperjenza tad-diżabilita’ tagħha biex tgħarraf dan ir-rwol. Kisbet ‘Diploma in Community Services’ kif ukoll ‘Certifcate II and III in Administration’ u ‘Certificate IV in Training and Assessment’. Hija mlaħħqa bħala ‘integration aide’ u tagħmel ħafna voluntarjat u ġbir ta’ fondi għal għaqdiet differenti fil-ħin liberu tagħha.
Transcript Available
Kelliema: Bonġu u merħba għall-programm Speak My Language fejn nies minn komunitajiet ta' kulturi diversi jitkellmu fuq kif tista' tgħix tajjeb b'diżabilita’. Din L-intervista ġiet irrekordjata minn Julie Sciberras f’isem l-Ethnic Communities Council of Victoria.
Fl-intervisti tagħna nitgħallmu minn persuni b’diżabilita'minn komunitajiet ta' kulturi diversi, fuq kif jużaw il-ħiliet tagħhom u r-riżorsi tal-komunita' biex ikollhom ħajja aħjar, huma fejn huma. Ser naqsmu stejjer personali, tips u ideat mingħand nies b'diżabilita' u oħrajn li jistgħu jgħidulna fuq postijiet fejn tmur, opportunitajiet u attivitajiet li huma aċċessibbli.
Julie: Illum stedint lill-ispeaker Maryanne li ser tgħidilna l-istorja tagħha, tal-affarijiet li tħobb tagħmel. Merħba Maryanne u grazzi talli qiegħda fuq dal-programm tagħna.
Maryanne: Grazzi ħafna li staqsejtni biex nagħmel dan il-programm miegħek.
Julie: Jien smajt li tħobb tagħmel l-affarijiet.
Maryanne: Nagħmel ħafna affarijiet. Nagħmel il-bookmarks, Christmas decorations li tista’ tagħmilhom għas-siġra tal-Milied u nagħmel ritratti, jekk ittini ritratt tal-familja, nista’ nagħmlu fuq il-kanvaż u nagħmilhom biż-żibeġ. U nagħmel ħafna affarijiet iżjed, okay.
Julie: In-nies iħobbuh ix-xogħol tiegħek?
Maryanne: Jien bdejt dan ix-xogħol fi żmien il-Covid, is-sena l-oħra u għandi xi ħbieb li staqsewni biex nagħmel ritratti tal-familja jew tal-Mickey Mouse. Għall-Milied għandi orders biex jagħmlu r-ritratti tagħhom u tal-familji tagħhom. Għalhekk bdejtu u mbagħad bdejt nagħmel dan ix-xogħol minħabba idejja biex nista’ nagħmel idejja sew biex niġbor l-oġġett u idejja qed jiġu aħjar milli kienu.
Julie: Tajjeb, tajjeb Maryanne. Mela n-nies jiġu bl-orders- u għandek ħafna orders?
Maryanne: Bħalissa għandi sitta minnhom. Għandi wieħed ta’ Dumbo. Għandi oħra bir-ritratt taż-żwiemel tagħha. Għandi ħafna ġejjin u nbiegħ il-bookmarks ukoll u ndum biex nagħmilhom. Biex nagħmel ir-ritratti tal-familja ndum xahar biex nagħmilhom. Jibagħtu r-ritratt u mbagħad huma jagħmluhom fuq il-kanvaż u mbagħad jien nagħmel iż-żibeġ fuq il-kanvaż bin-numri u ndum xahar biex nagħmilhom u mbagħad meta nispiċċa ngħaddi r-rolling pin fuqhom biex nagħfas iż-żibeġ sew fuq il-kanvaż u mbagħad nisprejjhom biex ma joħorġux. Imbagħad noħodhom għand il-framer biex jagħmilhom fil-frame.
Julie: U kif tħossok meta n-nies jistaqsuk biex tagħmel dawn l-affarijiet?
Maryanne: Jien insibni nieħu pjaċir meta nispiċċa r-ritratt. Għandi ħafna proġetti meta nibda u meta nispiċċa. Meta jkun lest ikun bħar-ritratt eżatt.
Julie: Ix-xogħol tiegħek jiġi bħar-ritratt eżatt?
Maryanne: Kważi l-istess.
Julie: Tajjeb, tajjeb. Kif sibtu dan il-passion?
Maryanne: Dan il-passion sibtu minħabba l-Covid. Is-sena l-oħra kellna l-Covid u jien noqgħod fejn il-baħar u ma nistax noħroġ mill-bieb ‘il barra minħabba l-Covid u minħabba kif jien. Għalhekk bdejtu biex nista’ nagħmel xi ħaġa d-dar u ma niddejjaqx waħdi. Għalhekk bdejtu għax bil-Covid ma nistax noħroġ barra u jien niddejjaq id-dar waħdi.
Julie: Tista’ tagħtina eżempji ta’ affarijiet pożittivi minn dan ix-xogħol?
Maryanne: Naħseb idejja qegħdin jimpruvvjaw. Idejja qegħdin aħjar minn meta bdejt. Issa nista’ nagħmel aktar xogħol tajjeb minħabba din l-activity. Inħobb nara l-finished product li nagħmel u nieħu pjaċir ħafna bih. Għalhekk qegħda nagħmlu.
Julie: U man-nies għandek aktar kunfidenza?
Maryanne: B’din l-attività, nagħmel l-orders, għandi l-Facebook page tiegħi u nimmiksja man-nies fuq il-kompjuter u nagħmel l-orders u nagħmel ftit flus biex nixtri pictures oħra bħal għandi waħda hawn tal-Mickey Mouse. Għandi oħra ta’ Winnie the Pooh u nagħmel ta’ Marilyn Monroe u ritratti bħal dawk u mbagħad nagħmel tan-nies li jridu tal-familja, jew ta’ xi ħadd importanti għalihom.
Julie: Maryanne, milli qed nisma’ you are very proud tal-affarijiet li tagħmel.
Maryanne: Iva
Julie: Tajjeb, tajjeb. Issa jekk xi ħadd li qed jisma’ dal-programm. X’parir trid ittihom jekk iridu jagħmlu xi ħaġa bħal li qed tagħmel inti?
Maryanne: Intihom il-parir li tipprova ħafna attivitajiet differenti l-ewwel. Imbagħad tagħżel li tħobb inti, li tista’ tagħmel. Imbagħad jekk issib xi ħaġa tkompliha u timpruvjha.
Julie: Issa ġejna fl-aħħar tal-programm Maryanne u grazzi tal-ħin li qegħdin nitħadtu.
Maryanne: Grazzi ħafna li stedinti biex nagħmel dan il-programm miegħek.
Julie: Hemm ħafna li tgħallimt minnek Maryanne. L-aktar li tgħallimt hi li n-nies iridu jippruvaw l-affarijiet biex jaraw x’jaqblilhom. Forsi meta qegħdin jipprattikaw isibu xi ħaġa li tgħinhom f’idejhom jew xi ħaġa oħra, anke moħħhom, għax meta qed tagħmel l-affarijiet moħħok jaħdem.
Maryanne: Għalhekk jien inħobb dan ix-xogħol għax tħaddem moħħok, tħaddem idejk u ma tiddejaqx tagħmlu. Tinsieh il-ħin u l-ħin jiġri.
Julie: Tajjeb, tajjeb. Maryanne, grazzi talli ġejt fuq il-programm tagħna
Maryanne: Grazzi
Kelliema: Jekk ħadt pjaċir b’dan ir-rekording żur il-website speakmylanguage.com.au fejn tista' ssib aktar informazzjoni. Jekk jogħġbok, xerred il-kelma fuq Speak My Language, sibna wkoll fuq Facebook, Twitter, Instagram U LinkedIn, U għinna nkomplu din il-konverżazzjoni mal-Awstralja u forsi anke madwar id-dinja. L-Ethnic Communities Council of Victoria kburin li qed iwasslulek il-programm Speak My Language fil-Victoria. Il-programm Speak My Language hu ffinanzjat mid-Department of Social Services u mwassal madwar l-Awstralja fi sħubija bejn L-Ethnic and Multicultural Communities Councils u l-Multicultural Councils ta' kull stat u territorju madwar l-Awstralja. Is-sħab tagħna tax-xandir nazzjonali huma l-SBS U l-NEMBC.

Julie hija kampjun tal-awtopromozzjoni tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità ta’ kulturi diversi. Ilha taħdem f’dan il-qasam mill-2011. Waħda mill-aqwa esperjenzi tax-xogħol tagħha hi li... Go to page where you can read more about Julie Sciberras